Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU f’laqgħa mad-Deputat Prim Ministru

Il-General Workers’ Union ilbieraħ ltaqgħet mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fejn ġew diskussi diversi temi ta’ interess li jolqtu b’mod partikolari lil ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa.

Iż-żewġ naħat tkellmu fuq l-importanza tad-djalogu soċjali u anke n-negozjar fejn jidħlu l-ftehimiet kollettivi. Saret ukoll referenza għall-pandemija u kif Malta rnexxielha tilqa’ għall-impatt tagħha fuq is-suq tax-xogħol b’inċentivi finanzjarji li żammu l-ħaddiema fl-impjieg tagħhom. 

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm uffiċjali mill-Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL) u l-Contact Point CGIL-GWU. F’isem il-GWU kien hemm ukoll il-President Victor Carachi, id-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri u s-Segretarji Kendrick Bondin, Theo Vella, Jesmond Marshall u Kenny Muscat.