Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Home

Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni tal-kumpanija Security First Services Limited

Il-General Workers’ Union kisbet l-għarfien ewlieni tal-kumpanija Security First Services Limited wara li proċess ta’ verifika kkonkluda li l-Union għandha l-maġġoranza tal-impjegati li jaħdmu bħala Uffiċjali tas-Sigurtà.

F’dawn l-aħħar jiem, il-GWU kienet informata mid-DIER li hija tgawdi l-appoġġ ta’ 100% tal-imsemmija impjegati u għalhekk għandha tingħata l-għarfien ewlieni fi ħdan il-kumpanija.

Is-Segretarju tat-Taqsima GWU Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi qal li l-pass li jmiss huwa li jibdew isiru laqgħat kostruttivi bejn il-GWU u l-amministrazzjoni tal-kumpanija. L-Union kienet ġiet avviċinata minn numru ta’ ħaddiema fil-grad ta’ Uffiċjali tas-Sigurtà Għawdxin u fil-ġranet li ġejjin ser jibdew it-taħditiet sabiex jintlaħaq ftehim kollettiv.

Il-kumpanija kkonċernata ġiet irreġistrata fl-2013 f’Għawdex u tagħti servizz ta’ sigurtà f’siti privati kif ukoll siti governattivi. Ir-rappreżentant fi ħdan il-GWU f’Għawdex ikkordina l-laqgħat ma’ dawn il-ħaddiema u qed ikun punt ta’ referenza peress li dawn il-ħaddiema huma kollha Għawdxin.