Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Politika

Intlaħaq ftehim u l-GWU tirtira t-tilwima industrijali

Wara li ntlaħaq ftehim it-Taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi rtirat it-tilwima industrijali favur il- Care Workers membri tagħha.

In-nuqqas ta’ qbil kien minħabba illi kien hemm nuqqas ta’ Care Workers fil-Pallative Care ġewwa l-Isptar Mater Dei li permezz ta’ hekk il-Care Workers tas-SAMOC kienu qegħdin ibatu l-konsegwenzi.

Wara diversi diskussjonijiet il-maniġment qabel illi ser iżżid iżjed Care Workers biex ix-xogħol kollu illi hemm jinqasam kif suppost.

Fi stqarrija illi ħarġet il-ġimgħa li għaddiet, il-GWU qalet li dawn l-imsemmija Care Workers ser ikunu qegħdin jimxu mat-Tilwina Industrijali illi ħarġet hija stess. Però fid-dawl ta’ dan kollu l-GWU tirtira t-tilwima industrijali minħabba illi ntlaħaq ftehim. Permezz ta’ hekk marru lura għan-normal.

Iż-żieda ta’ Care Workers f’din it-taqsima tal-isptar għandha tagħti dawl ġdid lill-Care Workers membri tal-GWU illi kienu ilhom għaddejjin minn sitwazzjonijiet xejn pjaċevoli fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

It-taqsima tixtieq tirringrazzja lill-partijiet kollha involuti fi ħdan din il-kwistjoni, tal-kooperazzjoni professjonali tagħhom.