Segretarju Ġenerali

Kevin Camilleri 

Segretarju Ġenerali

Kevin Camilleri huwa d-disa’ Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, elett waqt il-Kungress Nazzjonali Straordinarju li sar fit-18 ta’ Mejju 2026.

Imwieled fi Frar tal-1973, Camilleri ġej mill-qasam tal-ospitalità, fejn matul il-karriera tiegħu okkupa diversi karigi ta’ responsabbiltà, fosthom diversi rwoli ta’ supervisor. L-ogħla pożizzjoni li kellu kienet dik ta’ Food and Drink Quality Controller fil-lukanda Holiday Inn Crowne Plaza.

Fil-ħidma tiegħu fi ħdan il-GWU, huwa serva għal ħames snin bħala Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel u għal tliet snin bħala Assistent Segretarju tal-istess taqsima, qabel ma ġie elett bħala Deputat Segretarju Ġenerali fil-Konferenza Nazzjonali tal-2015.

Huwa għandu kwalifika universitarja Livell 7 fil-Business Management, u bħalissa qed ikompli bl-istudji tiegħu.