Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni tal-kumpanija Grange Security (Malta) Limited

Il-General Workers’ Union kisbet l-għarfien ewlieni tal-kumpanija Grange Security (Malta) Limited wara li proċess ta’ verifika kkonkluda li l-Union għandha l-maġġoranza tal-impjegati li jaħdmu bħala Uffiċjali tas-Sigurtà.

F’dawn l-aħħar jiem, il-GWU kienet informata mid-DIER li hija tgawdi l-appoġġ ta’ 76.47% tal-imsemmija impjegati u għalhekk għandha tingħata l-għarfien ewlieni fi ħdan il-kumpanija.

Is-Segretarju tat-Taqsima GWU Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi Theo Vella qal li l-pass li jmiss huwa li jibdew isiru laqgħat kostruttivi bejn il-GWU u l-amministrazzjoni tal-kumpanija. L-Union kienet ġiet avviċinata minn numru ta’ ħaddiema fil-grad ta’ Uffiċjali tas-Sigurtà, fil-ġranet li ġejjin ser jissoktaw laqgħat mal-kumpanija.