Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU bi ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Multi Packaging Ltd

Il-General Workers’ Union għadha kif iffirmat ftehim kollettiv li jkopri l-ħaddiema tal-Multi Packaging Ltd. għal sentejn.

Permezz ta’ dan il-ftehim se jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati hekk kif iż-żewġ partijiet kienu determinati li jaħdmu flimkien għall-benefiċċju tal-impjegati u l-kumpanija. Ir-relazzjonijiet industrijali dejjem kienu b’saħħithom bejn iż-żewġ partijiet u d-diskussjonijiet li saru biex jiġi ffinalizzat dan il-ftehim kollettiv jixhdu dan kollu. 

L-iffirmar sar minn Jesmond Marshall bħala Segretarju tal-GWU tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni u r-rappreżentant Ian Amaira, kif ukoll minn Brian Muscat – Managing Director, Francis Bugeja Demajo – HR u Richard Austin – Financial Controller.