Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU Għaqda Pensjonanti sodisfatta bid-diskors tal-Prim Ministru

L-Għaqda Pensjonanti tinnotta b’sodisfazzjon id-diskors li għamel il-Prim Ministru Dr. Robert Abela waqt il-laqgħa tal-kabinett dwar l-anzjani. Fid-diskors tiegħu wera kemm għalih u kemm għal Gvern huwa determinat li jħares l-interessi tal-anzjani fejn fost oħrajn ħadd ma għandu jaqa’ lura. Huwa wera d-determinazzjoni tal-Gvern li l-anzjani għandhom jibqgħu fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Gvern, kif ukoll jibqgħu jgħixu fil-komunità sakemm ikun possibbli. Dan jawgura tajjeb għall-anzjani kollha ta’ Malta u Għawdex.

L-Għaqda hija lesta li flimkien mal-Gvern, speċjalment mal-Prim Ministru u l-Ministru responsabbli mill-Anzjani u Anzjanità Attiva, Dr. Michael Farrugia nkomplu naħdmu sabiex l-anzjani jkollhom ħajja kemm jista’ jkun komda wara l-ħidma twila li taw lill-pajjiż. 

Fl-aħħar nett, l-Għaqda tibgħat messaġġ lill-anzjani sabiex jagħmlu kuraġġ u jaraw min veru u bil-fatti għandu l-interess tagħhom kif ukoll ikomplu jersqu lejn il-GWU – Għaqda Pensjonanti, l-akbar Għaqda tal-Pensjonanti f’Malta.