Latest News

Rappreżentanza f’Għawdex

GSD

Ir-rappreżentanza tal-GWU f’Għawdex isservi biex isir ix-xogħol meħtieġ permezz ta’ koordinazzjoni mas-segretarji kollha tat-Taqsimiet u l-Amministrazzjoni tal-GWU.

Iservi biex jiġu solvuti każi li jinqalgħu ta’ kuljum kemm minn membri individwali u anke fil-kollettiv. Isiru żjarat f’diversi postijiet tax-xogħol fejn hemm il-membri tal-GWU u jkunu ta’ spalla għalihom. Fl-uffiċċju f’Għawdex, jiġu mħallsa flus għal tiġdid tas-sħubija jew f’każ ta’ membri ġodda.

Ir-Rappreżentant għal Għawdex qiegħed ukoll membru fil-Bord tal-Gozo Regional Council kif ukoll jiġi mistieden b’mod regolari minn diversi entitajiet għal laqgħat li jikkonċernaw lil Għawdex bħall-Gozo Regional Development Authority, minn diversi NGO’s, min-naħa tal-Gvern u anke partiti politiċi.

GSD

Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima