Latest News

Għaqda Pensjonanti

Associazione dei pensionati
DeLaRue  1024x200

L-Għaqda tal-Pensjonanti tal-GWU twaqqfet f’Ġunju tal-1987 bil-għan li ttejjeb il-livell tal-ħajja tal-pensjonanti Maltin, iżda l-ħidma tal-Għaqda tmur aktar lil hinn minn hekk. Il-kontribut tagħha huwa l-esperjenza ta’ snin twal fl-involviment trejdunjonistiku, liema esperjenza tgħin fit-tfassil ta’ proposti ġodda li jtejbu l-kundizzjonijiet  tax-xogħol għall-ħaddiema kemm tal-lum kif ukoll ta’ għada.

 

Ġenerazzjoni wara oħra ta’ pensjonanti komplew iġeddu l-ħidma tal-Għaqda tal-Pensjonanti biex iżommu ruħhom aġġornati maż-żminijiet.