Il-General Workers’ Union kisbet ir-rikonoxximent ewlieni fil-Fondazzjoni Dar il-Hena wara li proċess ta’ verifika kkonkluda li l-maġġoranza fi ħdan il-Fondazzjoni huma membri tal-Union.
F’dawn l-aħħar jiem, il-GWU kienet informata mid-DIER li hija tgawdi l-appoġġ tal-maġġoranza tal- impjegati f’din il-Fondazzjoni u għalhekk għandha tingħata l-għarfien ewlieni.
Is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Publiċi diġà beda jaħdem biex jiġi ffirmat il-ftehim kollettiv. Diversi laqgħat iridu jsiru biex jiġu diskussi l-kunduzzjonijiet tal-ħaddiema u jintħalaq ftehim kollettiv.