Il-GWU Youths preżenti għall-Freshers’ 2026 fl-ITS

28 Sep 2026 - Aħbarijiet | GWU Youths | Home | Taqsimiet

Il-GWU Youths preżenti għall-Freshers’ 2026 fl-ITS

Il-GWU Youths illum qed jieħdu sehem fil-Freshers’ 2026 organizzat mill-Institute of Tourism Studies (ITS), fejn qed jiltaqgħu mal-istudenti u jkomplu jsaħħu l-preżenza tal-General Workers’ Union fost iż-żgħażagħ.

Permezz tal-istand tagħhom, is-Segretarju tat-Taqsima Michela Muscat flimkien ma’ żgħażagħ mit-Taqsima għaddew informazzjoni dwar il-ħidma tat-Taqsima, l-importanza tar-rappreżentanza tal-ħaddiema żgħażagħ u s-servizzi u l-opportunitajiet offruti mill-GWU.

Il-parteċipazzjoni fil-Freshers’ hija parti mill-impenn tal-GWU Youths li tkun eqreb lejn iż-żgħażagħ, tisma’ l-aspirazzjonijiet u t-tħassib tagħhom, u tqajjem aktar għarfien dwar id-drittijiet tagħhom hekk kif iħejju ruħhom għad-dinja tax-xogħol.

« Back