Il-General Workers’ Union il-bieraħ kitbet lis-Sur John Bencini, iċ-Chairperson biex tissejjaħ laqgħa urġenti tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) biex is-sħab soċjali flimkien mal-Gvern niddiskutu l-Corona Virus fid-dawl tal-aħħar żviluppi li qed iseħħu barra pajjiżna u s-sitwazzjoni kurrenti f’pajjiżna.
Il-GWU qed titlob din il-laqgħa biex ikun diskuss il-pjan u l-istrateġija nazzjonali għall-prevenzjoni ta’ dan il-virus ġewwa pajjiżna, il-preparazzjoni tas-servizz mediku fl-eventwalità li dan il-virus jitfaċċa f’pajjiżna, il-leave għall-kwarantina u l-impatt ta’ dan il-virus fuq l-ekonomija Maltija, il-postijiet tax-xogħol u soċjetà Maltija.
Il-GWU qed titlob li din il-laqgħa tissejjaħ b’mod urġenti.