Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi kisbet ir-rikonoxximent ewlieni tal-impjegati li jaħdmu ma’ Project Green.
Dan ir-rikonoxximent ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER li kkonkluda li l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema huma membri mħallsa tal-Union.
Dan l-eżerċizzju sar wara li d-Dipartiment ġie nfurmat li l-maġġoranza tal-ħaddiema għarfu l-benefiċċji li jissieħbu fl-akbar unjin tal-pajjiż.
Il-pass li jmiss hu li jibdew in-negozjati mal-management għal Ftehim Kollettiv ġdid bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema li għandhom tant importanza.