Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU tikseb rikonoxximent tal-gradi maniġerjali fl-ARMS Ltd

Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi kisbet ir-rikonoxximent ewlieni tal-managers u s-senior managers li jaħdmu fl-ARMS Ltd.

Dan ir-rikonoxximent ingħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER li kkonkluda li l-maġġoranza tal-ħaddiema f’dawn il-gradi huma membri mħallsa tal-Union.
 
Dan l-eżerċizzju seta’ jsir wara li d-Dipartiment ġie nfurmat li fil-preżent ma hemm l-ebda unjin oħra li tirrappreżenta din is-sezzjoni ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-imsemmija entità.
 
Il-pass li jmiss hu li jibdew in-negozjati mal-management għal Ftehim Kollettiv ġdid bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema nkluż il-pakkett finanzjarju.