It-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-GWU ħarġet direttiva biex il-care workers membri tagħha ma jagħmlux xogħol ieħor barra mis-sala tal-Pallative Care.
Samoc Care workers ġewwa l-Pallative Care ilhom għaddejjin bl-istess problemi fuq il-post tax-xogħol għall-diversi ġimgħat. Sfortunatament is-sitwazzjonijiet baqgħu dejjem sejrin għall-agħar wara illi Union oħra ħarġet diversi direttivi favur il-membri tagħha, b’konsegwenzi negattivi fuq il-membri tal-GWU. Il-GWU pruvat tikkomunika mal-Management sabiex jiġu rranġati l-affarijiet, iżda l-għajnuna qatt ma materjalizzat.
Fid-dawl ta’ dan kollu l-GWU qiegħda tirreġistra tilwima industrijali u b’effett immedjat ħarġet direttiva lill-care workers kollha membri tagħha kemm dawk tas-servizz pubbliku kif ukoll dawk illi jaħdmu mal-kuntrattur biex minn għada 20 ta’ Jannar 2021 ma jagħmlux xogħol iżjed milli hu miftiehem fil-kuntratt tax-xogħol tagħhom.
Il-Union mhux qiegħda teskludi l-fatt illi tista’ teskala d-direttiva tagħha ġaladarba ma jitjibux il-kundizzjonijiet tal-membri tagħha.