It-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-GWU tixtieq tavża dwar deċiżżjonijiet li ttieħdu mill-maniġment tal-isptar Mater Dei wara diversi ilmenti dwar l-ikklampjar ta’ karozzi f’diversi spazji fil-parkeġġ tal-istaff.
Il-Maniġment tal-Isptar Mater Dei qed jagħmel konċessjoni ta’ darba lil dawk il-ħaddiema li spiċċaw bil-karozza kklampjata mill-1 ta’ Jannar sat-12 ta’ Frar, 2021. Il-ħaddiema li kellhom il-permess tal-parkeġġ skadut jew ġew immultati minħabba li kienu pparkjati f’postijiet għall-persuni b’diżabilità b’marki mhux ċari ser jingħataw il-flus lura. KIS Limited ser ikunu qegħdin jagħtu l-flus tal-multi lura meta s-sewwieqa ħaddiema fl-istess sptar juru l-permess imġedded għall-parkeġġ.
Il-Maniġment ta’ Mater Dei jżid jgħid li ser jkomplu joħorġu tfakkiriet kull xahar biex jinġabru l-permessi l-ġodda mill-Cards Office. Il-permessi għandhom dejjem jinġabru fil-ħin. Mater Dei ser ikun qiegħed jiċċekja li ħadd mhu qed jipparkja bil-permess skadut. Dawn il-miżuri l-ġodda qegħdin jittieħdu ħalli ħadd ma jabbuża mill-parkeġġ li hu ntitolat għall-ħaddiema tal-isptar b’permessi mġedda.
Fl-aħħarnet l-istess Maniġment flimkien mal-GWU jħeġġu lil kulħadd isewgi dawn il-linji gwida biex jiżguraw l-aħjar użu mill-parkeġġ.