Latest News

Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi

Governo ed enti pubblici
Pavi Pama 1024x200

It-Taqsima GWU-Gvern u Entitajiet Pubbliċi ġiet stabbilita fl-1943 u fiha kienet tinkorpora ħaddiema fiċ-ċivil. Il-firxa tagħha kienet waħda wiesgħa, minn ħaddiema manwali sa klerikali. L-ewwel ftehim kollettiv għall-impjegati tas-Servizz Pubbliku ġie nnegozjat mal-Gvern u ffirmat fl-14 ta’ Diċembru 1998 iżda beda jgħodd b’mod retroattiv fl-1996. Qabel dan il-ftehim kollettiv ġie fis-seħħ sar eżerċizzju ta’ ristrutturar tal-iskali u l-gradi kollha fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika u jkunu stabbiliti strutturi ta’ salarji ġodda għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku. Dan l-eżerċizzju beda bejn 1991 u 1995. Bis-saħħa ta’ negozjati mal-Unions kienu introdotti pagi u karrieri ġodda. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-Servizz Pubbliku huma stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Il-ħaddiema fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika għandhom qafas regolatorju għalihom. Dawn il-kundizzjonijiet, benefiċċji u doveri joħorgu mill-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kapitlu 497 tal-liġijiet ta’ Malta) u r-regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u mill-Public Service Management Code. Barra dawn hemm ftehim kollettiv ġeneral u jiġi negozjat ma’ seba’ unions f’daqqa fosthom it-Taqsima u diversi ftehim settorjali. Dawn ikopru klassijiet differenti ta’ ħaddiema u karrieri.

Matul iż-żmien it-Taqsima bdiet tinnegozja diversi ftehim kollettivi li jkopru awtoritajiet, entitajiet pubbliċi u regolaturi.

llum it-Taqsima tirrappreżenta impjegati fi ħdan diversi setturi fosthom:

 

  • Is-Servizz Pubbliku;
  • Is-Settur Pubbliku;
  • Is-Saħħa u Kura għall-Anzjani – kemm fis-servizz pubbliku kif ukoll fis-settur privat;
  • Awtoritajiet
  • Regolaturi

 

It-Taqsima tirrappreżenta ħaddiema membri li jvarjaw minn ħaddiema manwali sa professjonisti, kemm fuq bażi full time għal part time, fuq kuntratt indefinit kif ukoll fuq kuntratt definit.  It-Taqsima tirrappreżenta lil membri tagħha, tinnegozja għalihom u tipproponi proposti fil-baġit sabiex issaħħaħ id-drittijiet tal-membri ħaddiema tagħha.

 

X’tagħmel il-GWU – Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi?

 

  1. Tirrappreżenta l-Membri

Ir-Rappreżentanti tagħna huma r-rabta essenzjali bejn il-membri tal-GWU u l-unjin.  Huma jaħdmu mill-viċin mal-membri li huma jirrappreżentaw sabiex isaħħu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u jqajmu għarfien fuq sitwazzjonijiet kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll nazzjonali.

 

  1. Negozjar

In-negozjar huwa l-proċess fejn il-unjin tiddiskuti mal-employers sabiex isiru arranġamenti għal kundizzjonijiet aħjar għal ħaddiema.

 

  1. Kampanja

Il-kampanja tifforma parti mill-metodu tagħna sabiex inqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet, insaħħu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema membri tagħna u niġbru appoġġ għal kwistjonijiet lokali u internazzjonali.

 

  1. Ġustizzja Ekwa u Ugwaljanza

Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-GWU huwa li jgħin lil membri għall-ġustizzja u ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol u lil hinn.  L-isfida kontra d-diskriminazzjoni u r-rebħ tal-ugwaljanza huma fil-qalb ta’ dak kollu li tagħmel il-GWU.


Enemed 1024x200

Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima