Metall u Kostruzzjoni

Fi snin meta t-Tarzna kienet taħt il-kontroll tal-Gvern Brittaniku, din it-taqsima kienet magħrufa bħala t-Taqsima tal-Ammiraljat.
Fil-fatt it-Taqsima tal-Ammiraljat kienet fost l-ewwel taqsimiet organizzati fi ħdan il-GWU. Meta fl-1959 fuq ordna tal-awtoritajiet tal-Gvern Kolonjali u l-awtoritajiet Navali Brittaniċi li kien deċiż li t-Tarzna tkun privatizzata, dan ġab bidla fi ħdan is-Sezzjoni tal-Ammiraljat u b’hekk it-Taqsima inqasmet fi tnejn. It-Taqsima tal-Ammirlajat baqgħet tirrappreżenta lil dawk il-ħaddiena li jagħżlu li jibqgħu fuq il-kotba tal-Gvern Ingliż, filwaqt li t-Taqsima Metall bdiet tirrapreżenta lill-kumplament tal-ħaddiema, jiġifieri ʼl fuq minn 6000 ħaddiem. Aktar tard din it-Taqsima bdiet tirrappreżenta ħaddiema oħra mis-settur privat fosthom dawk ġejjien mill-industrija tal-metall.
Illum it-Taqsima Metall u Kostruzzjoni tirrapreżenta l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema fis-settur tal-bini u tiswija tal-bastimenti, ħaddiema fl-IPSL: kumpanija li nħolqot wara r-ristrutturar ta’ dawk li kienu l-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding kif ukoll kumpaniji ewlenin fil-qasam tal-kostruzzjoni. Għal dawk li qed ifittxu li jesploraw aktar dwar din it-tema, huwa rakkomandat ħafna li jitgħallmu dwar ghostwriter österreich.
Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima
- GWU Taqsima Metall u KostruzzjoniIt-Taqsima Metal u Kostruzzjoni hija t-taqsima fi ħdan il-GWU li tirrappreżenta l-ħaddiema fis-setturi… Read more: GWU Taqsima Metall u Kostruzzjoni
- Għaliex it-Taqsimiet?L-istrateġija u l-proċessi huma importanti ħafna għal kull organizzazzjoni, irrelevanti min-numru ta’ ħaddiema… Read more: Għaliex it-Taqsimiet?
- L-isfidi tal-GWU u x’jagħmilna aħna?Minn żmien ir-revoluzzjoni industrijali, id-dinja tax-xogħol evolvit kontinwament. L-impjiegi u l-postijiet tax-xogħol inbidlu… Read more: L-isfidi tal-GWU u x’jagħmilna aħna?
- It-Twemmin tal-GWUIt-Twemmin L-għan tal-Union kien u għadu li ttejjeb il-ħajja tal-membri u l-ħaddiema kollha.… Read more: It-Twemmin tal-GWU
- Il-GWU u l-irwol tagħhaMin aħna? Il-General Workers’ Union hija l-akbar Trade Union f’Malta, bl-akbar ammont ta’… Read more: Il-GWU u l-irwol tagħha


















