L-HSBC ikkonferma dak li għidna bħala Għaqda Pensjonanti. Wara li ltqajna mal-Bank ikkonċernat saru diversi reviżjonijiet favur il-pensjonanti. L-Għaqda tixtieq tiċċara ħafna mill-mistoqsijiet li għamlu bosta membri tagħna;
• Il-pensjonijiet kollha jkunu kemm ikunu u li jiġu ddepożitati, il-Bank HSBC mhux se jimmulta €5 fix-xahar lill-individwu.
• Dan ifisser ukoll li dawk il-pensjonanti li qegħdin f’home u se jiddepożitaw il-kumplament tal-pensjoni wara li tinqatagħlhom persentaġġ minnha mhux se jeħlu l-multa ta’ €5 fix-xahar.
• Ġie kkonfermat li l-pensjoni tar-romol u l-benefiċċji tad-diżabilità se jiġu esklużi.
• Diversi benefiċċji bħal tad-diżabilità, mard, kif ukoll benefiċċji tal-qgħad li jiġu depożitati se jiġu esklużi rrispettivament kemm tkun is-somma.
• Dan ifisser li anke min għandu pensjoni ta’ anqas min €1,230 fi tliet xhur mhux se jeħel il-€5 multa fix-xahar.
• Dawk li jieħdu benefiċċji tax-xogħol ikun kemm ikun l-ammont mhux se jeħlu l-multa.
L-Għaqda Pensjonanti tibqa’ twiegħed li se tkompli tkun il-wens u d-difiża tal-anzjani u tal-pensjonanti Maltin u Għawdxin. Infatti bħalissa għaddejjin ukoll diversi diskussjonijiet mal-BOV.
Din hija l-GWU – Għaqda Pensjonanti