Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-GWU tiltaqa’ mal-President ta’ Malta

L-E.T. il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono laqgħet żjara ta’ korteżija mill-amministrazzjoni tal-General Workers’ Union flimkien mas-segretarji tat-taqsimiet tagħha.

Flimkien tkellmu dwar materji diversi konnessi mat-trejdjunjoniżmu f’Malta, il-bżonn kontinwu tat-tisħiħ tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-importanza li l-postijiet tax-xogħol ikunu ekonomikament u soċjalment sostenibbli.

Ir-rappreżentanti tal-union spjegaw ukoll lill-President ir-raġunijiet għaliex il-union hija favur is-sħubija awtomatika f’union għall-ħaddiema.