Il-General Workers’ Union iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi li jkopri l-perjodu 2020-2024. Minbarra titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-pagi u allowances ġodda, dan il-ftehim fih għadd ta’ benefiċċji ġodda anke f’dak li jirrigwardja l-progress fil-karrieri tal-ħaddiema permezz ta’ struttura ġdida u ranks (gradi) ġodda.
Il-ftehim f’isem il-GWU kien iffirmat mis-Segretarju tat-Taqsima GWU Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi Theo Vella u r-rappreżentant tal-Unjin is-SeniorCorrectionalInspector Helenio Galea. Min-naħa tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ffirmaw iċ-ChiefExecutiveOfficerLtCol Alexander Dalli (ret’d) u l-HeadAdministration& Operations Randolph Spiteri. Preżenti għall-iffirmar kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja u d-Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU Kevin Camilleri.
Fil-messaġġ tiegħu, is-Segretarju tat-Taqsima GWU Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi Theo Vella spjega kif dan il-ftehim kollettiv qed jiġi ffirmat wara xhur twal ta’ negozjati. “In-negozjati ħadu fit-tul ħafna minħabba l-fatt li l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema kienu ġew imposti fuqhom fl-1994 u kienu saħansitra inferjuri minn dawk li kellhom il-ħaddiema fis-servizz pubbliku.
Dawn il-ħaddiema mhux biss kienu jaħdmu medja ta’ 46 siegħa fil-ġimgħa u jitħallsu t’40 siegħa bil-konsegwenza li kellhom l-hourly rate, l-overtime rate u s-Sunday / PublicHolidayrate b’valur inferjuri, iżda lanqas kellhom classallowance u shiftallowance bħal diversi ħaddiema f’setturi differenti. Meta jkollok kundizzjonijiet tax-xogħol li jkunu tħallew lura għal snin twal huwa naturali li n-negozjati jieħdu aktar fit-tul u jkun aktar diffiċli biex jintlaħaq ftehim. Però, kien hemm rieda tajba mill-partijiet kollha, ċioè mill-GWU, il-Gvern u l-amministrazzjoni tal-Aġenzija u eventwalment wasalna għal dan il-ftehim.”
Vella qalilna li minkejja li l-firmatarji tal-ftehim kollettiv kienu 4 persuni (2 għan-nom tal-Aġenzija u 2 għan-nom tal-GWU), dawn il-kisbit stajna naslu għalihom b’rieda tajba u sforz kollettiv minn diversi persuni. Ringrazzjament partikolari jmur għall-kumitat li jirranpreżenta l-Uffiċjali Korrettivi, lis-CEO tal-Aġenzija l-Kurunell Alexander Dalli u fl-aħħar iżda żgur mhux l-inqas lill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Byron Camilleri li dejjem kienu spalla ma’ spalla ma’ dawn il-ħaddiema.