Latest News

Professjonisti, Finanzi u Servizzi

Professionisti, finanza e servizi
Portomaso

It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi (PFS-GWU) tal-GWU tieħu ħsieb firxa wiesgħa ta’ impjegati fl-industrija tas-servizzi ta’ Malta. Is-sezzjoni twaqqfet fl-1964 bħala l-Assoċjazzjoni Nazzjonali għall-Impjegati Klerikali u Supervisory  (National Association for Clerical and Supervisory Staff -NACSS) fejn kienet tirrappreżenta dawk il-gradi tal-Klerikali, tas-Superviżjoni, Tekniċi u Maniġerjali kemm fil-kumpaniji privati kif ukoll f’entitajiet tal-Istat, iżda mhux dawk l-impjegati li jaħdmu maċ-Ċivil. Aktar ʼl quddiem kienet imsejħa bħala Supervisory, Technical and Professional Staff Association (STPSA), it-Taqsima tal-Professjonisti u Servizzi (PSS), it-Taqsima tas-Servizzi u Midja (SMS) u kien fl-2006 li ngħatat l-isem attwali tagħha biex tkun tista’ tinkludi aktar l-oqsma li t-taqsima tirrappreżenta.

Illum il-ġurnata t-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tirrappreżenta diversi ħaddiema f’setturi u kategoriji tax-xogħol fosthom:

 

  1. L-impjegati fi gradi Professjonali u Maniġerjali;
  2. Is-settur tal-Finanzi li jinkludu il-Banek, l-Istituzzjonijiet Finanzjarji u l-Kumpaniji tal-Insurance;
  3. Is-settur tas-Sigurtà u Loġistika;
  4. Is-settur tal-Midja.
Pavi Pama 1024x200