l-attività politika tal-Ħadd, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela faħħar il-ħidma tal-General Workers’ Union b’risq il-ħaddiem għal ħafna u ħafna snin.
“Qegħdin hawn f’binja tant għażina għalina, tal-General Workers’ Union. Kemm ħadmu ta’ qabilna biex saħħew il-qagħda tal-ħaddiem inkluż il-ħaddiem tal-id. U dik il-ħidma aħna rridu nsostnuha.
“Ma nistgħux inħallu lil min irid jipperikolaha inkluż lil dawk li ġejjin min-naħa tal-Oppożizzjoni li minn hawn iridu jkeċċu lill-ħaddiem minn ġewwa daru. Lil dawk ma nistgħux inħalluhom jipperikolaw lill-ħaddiema,” tenna l-Prim Ministru.