Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Il-kandidata għal President tal-PL iżżur il-General Workers’ Union

Il-kandidata għal President tal-Partit Laburista Norma Saliba żaret il-binja tal-General Workers’ Union, fejn iltaqgħet mal-amministrazzjoni tal-GWU.

Flimkien iddiskutew uħud mill-aktar suġġetti prinċipali f’pajjiżna fosthom l-isfidi li jaffaċċjaw il-ħaddiema kif ukoll il-ħidma biex jitjiebu l-kundizzjonijiet u l-pagi tal-ħaddiema.

“Bħala kandidata għall-partit tal-ħaddiema kien jeħtieġ li nżur proprju l-binja tal-ħaddiema, il-General Workers’ Union. It-trejd unjin li tħoss il-polz tal-ħaddiem u taqbeż għall-ħaddiem,” qalet Norma Saliba.

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja qal li permezz tad-djalogu tinbena relazzjoni soda fejn jiġu diskussi l-ideat u l-proposti għal miżuri tajbin li jkomplu jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.