F’direttiva maħruġa mill-GWU lill-ħaddiema tal-LESA membri fi ħdan il-Unjin, il-GWU fakkret li issa ilhom diversi ġimgħat bl-azzjonijiet industrijali relatati man-nuqqas ta’ qbil dwar il-pakkett finanzjarju tal-ftehim kollettiv offrut mill-aġenzija LESA.
Il-Unjin kompliet billi infurmat lill-ħaddiema tal-LESA li fis-sigħat li għaddew kien hemm xi żviluppi fejn il-GWU ġiet infurmata li l-aġenzija lesta toffri pakkett finanzjaru ferm aktar vanataġġjuż minn dak offrut preċedentament. Għaldaqstant, il-Unjin ordnat sabiex jiġu sospiżi għal żmien temporanju d-direttivi kollha li huma attivi preżentament, b’effett minn għada l-Ġimgħa 8 ta’ Lulju, sabiex jerġgħu jibdew negozjati ġodda.
Il-GWU temmet id-diskors tagħha billi infurmat lill-ħaddiema konċernati li fil-jiem li ġejjin se tkun qed terġa’ tikkomunika magħhom wara li jiġi evalwat il-pakkett finanzjarju l-ġdid, u rringrazzjat lill-ħaddiema kollha li matul dawn l-aħħar ġimgħat imxew mad-direttivi maħruġa mill-istess Unjin.