It-Taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi rtirat it-tilwima industrijali li kienet bdiet fid-Diviżjoni tax-Xogħljiet tas-Servizz Pubbliku wara li ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ naħat.
Il-kwistjoni, li ġiet riżolta fl-aħħar jiem wara diversi diskussjonijiet, kienet tikkonċerna lill-ħaddiema fid-Diviżjoni li jagħmlu xogħol ta’ periklu fl-għoli sabiex dawn jiġu mħallsa skont il-Public Service Management Code (PSMC).
Fi stqarrija li ħarġet il-ġimgħa li għaddiet, il-GWU kienet qalet li ltaqgħet mal-Management fejn intlaħaq ftehim verbali dwar kif inhi l-aħjar sistema biex id-dmirijiet li saru, jiġu mniżżla u rrekordjati b’mod oġġettiv.
Qalet iżda li ftit tal-jiem ilu ġiet infurmata li kien għad ħaddiema li xorta waħda għadhom ma tħallsux ta’ numru ta’ xhur bir-rati stabbiliti fil-Public Service Management Code (PSMC).
Il-GWU kienet qalet li jekk it-tilwima ma kinitx se tiġi solvuta fi żmien tmint ijiem, ma kinitx qiegħda teskludi azzjoni industrijali. Minn dakinhar, id-diskussjonijiet komplew għaddejjin u fl-aħħar jiem din it-tilwima ġiet riżolta, bil-GWU tiddikjara li ma kinitx se tkompli bl-azzjonijiet.
Aħbarijiet Riċenti
- Il-GWU minsuġa fit-tessut ekonomiku u soċjali lokali – il-President Spiteri Debono
- Permezz ta’ kollaborazzjoni bejnietna niddiskutu u nipproponu r-rakkomandazzjonijiet għal xogħol ta’ kwalità – Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja
- Il-GWU tikseb ir-rikonoxximent ewlieni tal-uffiċjali tas-sigurtà li jaħdmu mal-kumpanija Blue Border Holdings Limited
- Labour Migration Policy – se naħdmu bis-sħiħ biex din il-politika tax-xogħol tirnexxi