Il-GWU rtirat d-direttivi tagħha favur il-Porters fid-dipartiment tal-Emerġenza ġewwa Mater Dei wara li ftit tal-ġranet ilu ntlaħaq ftehim fuq in-numru ta’ Porters li l-Emerġenza jkollha bżonn biex il-pazjenti jingħatalhom l-aħjar servizz waqt li jkunu qegħdin jieħdu l-kura li jkollhom bżonn.
Il-GWU – Taqsima Gvern u Entitatjiet Pubbliċi ġiet avviċinata mill-membri tagħha li sfortunatement ma setgħux jagħtu l-aħjar servizz lill-pazjenti li jkunu f’dan id-dipartment minħabba l-influss ta’ pazjenti. Il-ħaddiema jafu kemm huwa dipartiment kritiku għall-pazjenti u għalhekk ħassew li għandhom isaqsu għall-iżjed għajnuna.
It-Taqsima mill-ewwel ikkuntatjat lill-Manaġiment tal-Isptar Mater Dei u saru diversi diskussjonijiet biex tiġi solvuta din is-sitwazzjoni. L-istess taqsima tixtieq tirringrazzja lil kull min kien involut biex intlaħaq l-aħjar ftehim għaż-żewg partijiet.