Il-General Workers Union se tkun qiegħda tattendi għall-velja tal-lejla f’isem JeanPaul Sofia u l-ħaddiema kollha li tilfu ħajjithom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Għall-GWU mhijiex aċċettabbli li ħaddiem li joħroġ biex jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum u ma jirritornax lura d-dar.
Tesiġi wkoll li għandha ssir ġustizzja mingħajr dewmien mhux biss f’dan il-każ, iżda anke oħrajn li għadhom ikarkru wara xhur u saħansitra snin.
Rigward l-inkjesta pubblika, il-GWU taqbel li din għandha ssir kif għandha issir f’kull każ ta’ inċident traġiku fuq il-post tax-xogħol u dan għaliex għall-unjin il-ħaddiema huma kollha ugwali.
Dan l-unjin qiegħda titolbu biex ikun hemm trasparenza u kontabbiltà sħiħa f’dawn l-inċidenti inkluż l-aħħar każ li fih tilef ħajtu Mohammed Kasem Hashem Alkhateeb biex kemm jista jkun tkun tista’ tiġi evitata kull traġedja ta’ din ix-xorta.
Għall-GWU kull mewt fuq il-post tax-xogħol hija traġedja, mhux għall-familja u l-qraba biss, iżda anke għas-soċjetà b’mod inġenerali.