Il-GWU – Għaqda Pensjonanti tilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Ministru Dr. Michael Farrugia diġà beda jwettaq miżuri pożittivi li ssemmew waqt laqgħa li delegazzjoni mill-Għaqda Pensjonanti fi ħdan il-GWU kellha mal-Ministru.
Hu ta’ sodisfazzjon għall-istess Għaqda li l-Ministru diġà attwa wieħed mill-punti li kienu imsemmijin. Huwa ħabbar li sa Marzu 2021 ser ikun hemm servizz tal-“ WI-FI ” f’kull post fid- Djar tal-Anzjani kollha tal-Gvern.
L-Għaqda persważa li b’koperazzjoni effettiva bejn il-Ministru Farrugia u l-Għaqda Pensjonanti, il-ħajja tal-anzjani se tkompli titjieb.
Fl-aħħar nett, l-Għaqda tappella lill-Pensjonanti sabiex jissieħbu membri fl-Għaqda biex tkompli tissaħħaħ fl-interess tal-anzjani.