Il-General Workers’ Union (GWU) ilbieraħ kellha laqgħa mat-tmexxija ta’ ONE Group b’rabta mal-kawża kostituzzjonali li tista’ twassal għall-għeluq tal-istazzjonijiet politiċi Maltin.
F’din il-laqgħa, l-Union saħqet li din il-kawża jista’ jkollha impatt fuq il-ħaddiema li ilhom membri tagħha sa mit-twaqqif tal-kumpanija. Qalet li xogħolha huwa dak li tassigura l-impjiegi tal-istess ħaddiema.
Preżenti għal din il-laqgħa f’isem il-GWU kien hemm is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, id-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri u s-Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Sevizzi Riccarda Darmanin.
F’isem ONE kien hemm preżenti ċ-Ċermen Eżekuttiv Jason Micallef u Roberto Francalanza, li sostnew li se jkunu qed jiġġieldu din il-kawża biex iżommu l-istazzjon ħaj.
Source and image credit https://inewsmalta.com/