Il-GWU tingħata rikonoxximent uffiċjali fil-Malta Arbitration Centre

18 Aug 2026 - Aħbarijiet | Home | Professjonisti, Finanzi u Servizzi | Taqsimiet

Il-GWU tingħata rikonoxximent uffiċjali                              fil-Malta Arbitration Centre

Il-verifika tad-DIER tikkonferma li l-impjegati kollha fil-gradi ta’ Deputy Registrar u Senior Clerks huma membri tal-GWU

Il-General Workers’ Union (GWU) ingħatat ir-rikonoxximent uffiċjali bħala l-union li tirrappreżenta lill-impjegati kollha fil-gradi ta’ Deputy Registrar u Senior Clerks fi ħdan il-Malta Arbitration Centre, wara proċess ta’ verifika mwettaq mid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER).

Il-proċess ta’ verifika sar wara talba mressqa mit-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-GWU sabiex tingħata għarfien ewlieni bħala l-union rikonoxxuta għall-finijiet ta’ negozjar kollettiv f’isem dawn il-ħaddiema.

Wara li d-DIER ivverifikat il-lista tal-impjegati u d-dettalji tas-sħubija, ġie kkonfermat li l-impjegati kollha fil-gradi ta’ Deputy Registrar u Senior Clerks huma membri tal-GWU.

Dan ir-riżultat jagħti lill-GWU mandat ċar sabiex tirrappreżenta lill-ħaddiema kkonċernati u taħdem f’isimhom fil-qafas tan-negozjar kollettiv.

Il-GWU tilqa’ dan ir-rikonoxximent u se tkompli taħdem biex tħares l-interessi tal-membri tagħha, issaħħaħ il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u tiżgura rappreżentanza effettiva fuq il-post tax-xogħol.

Il-GWU tibqa’ impenjata favur id-djalogu soċjali u relazzjonijiet industrijali b’saħħithom, bil-għan li jinkisbu l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-ħaddiema li tirrappreżenta.

« Back