Il-General Workers Union ippreżentat donazzjoni lill-Fondazzjoni Marigold sabiex din tkompli ssaħħaħ il-kampanja tagħha ta’ għarfien dwar il-mard tal-kanċer tas-sider fin-nisa u dwar ċertu kundizzjonijiet li jaffettwaw lill-irġiel, bħal kanċer fit-testikoli.
Iċ-Ċhairperson tal-Fondazzjoni Marigold, is-Sinjura Michelle Muscat saħqet dwar l-importanza li wieħed jiċċekkja lilu nnifsu u dwar il-fatt li kull individwu ma għandu qatt jibża’ sabiex jersaq ‘il quddiem u jitkellem jekk iħoss xi ħaġa.
Hija elenkat ukoll dwar l-importanza li wieħed jiċċekkja lilu nnifsu minn meta jħoss xi ħaġa sabiex jevita kull periklu. Żiedet tgħid li wieħed għandu jagħti każ u jiċċekkja dwar is-sesswalità minn eta’ żgħira.
“Huwa proprju dan l-għan wara l-kampanja Pink October-Movember’23,” qalet Muscat. “Importanti wkoll li ngħaddu dan il-messaġġ lill-ħaddiema. Li noħolqu aktar kuxjenza huwa importanti biex nagħtu aktar kas tagħna nfusna.”
Id-donazzjoni ta’ flus ġiet ippreżentata lis-Sinjura Muscat mis-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja, il-President tal-GWU Victor Carachi u mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU Kevin Camilleri. Preżenti kien hemm ukoll segretarji ta’ diversi taqsimiet u ħaddiema oħra.