Din is-sezzjoni tirrappreżenta
- 30 kumpanija
- Hija waħda mill-akbar Taqsimiet fi ħdan il-GWU
- Ħaddiema fl-industrija tal-farmaċewtika, tal-plastik, tal-lastku, fuel u gas
- Ħaddiema fl-industrija tat-tabakk
- Impjegati li jaħdmu ma’ Lufthansa Technic Malta
- Ħaddiema fl-EneMalta u Engineering Resources Limited
- Ħaddiema fl-International Engineering Services Ltd
- Impjegati full time, part time u b’sigħat imnaqqsa
- Ħaddiema b’kulturi, twemmin u sesswalità differenti
X’inhu l-għan ta’ din is-sezzjoni
- Taħdem kontinwament biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tara li d-drittijiet tal-ħaddiema ma jiġux mittiefsa
- Tiżgura li s-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati jiġu mħarsa kif suppost
- Tilħaqq kompromess bejn il-membri u min iħaddem
- Tassisti lil kull impjegat minħabba raġunijiet varji
- Kulħadd ikun trattat b’mod ugwali
- Tispjega lill-impjegati li huma wkoll għandhom obbligi lejn min iħaddimhom
- Is-Segretarju tas-sezzjoni jassisti lill-membri matul seduti dixxiplinarji kif ukoll matul seduti ta’ smigħ tat-Tribunal Industrijali.
Il-Ftehim Kollettiv
- Dokument importanti ħafna li jkun hemm qbil dwaru bejn il-Union u l-maniġment tal-kumpanija
- Sett ta’ regoli li ż-żewġ partijiet għandhom jirrispettaw
- Il-proċess jibda meta s-Segretarju tas-Sezzjoni jitlob lill-membri tal-GWU biex jipproponu bidliet li jixtiequ li jkollhom
- Ikun hemm ukoll sejħa għall-ideat ġodda li jistgħu jitniżżlu fil-ftehim kollettiv il-ġdid
- Kollox jiġi diskuss mal-Kumitat tal-GWU fi ħdan il-kumpanija u wara jiġi nnegozjat mal-maniġment
- Ladarba jintlaħaq ftehim, is-Segretarju jippreżentahom lill-membri tal-Union, u jiġi ffirmat meta l-partijiet kollha japprovawh
Kif taħdem din is-sezzjoni?
- Jiġi ffurmat il-kumitat tal-kumpanija li jiltaqgħu kull xahar biex jiddiskutu sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu. Il-kumitat jiġi elett mill-membri kollha tal-GWU fi ħdan il-kumpanija.
- Jiġi elett shop steward minn fost il-membri biex jirrappreżentahom
- Jintgħażlu rappreżentanti minn kull grad kif ikun indikat fil-ftehim kollettiv. Dawn ikunu responsabbli minn sitwazzjonijiet urġenti li jistgħu jiltaqgħu magħhom u jridu jżommu kuntatt kontinwu mas-Segretarju
- Is-Segretarju jorganizza laqgħat regolari mal-kumitat biex jiġu diskussi kull kwistjoni li tista’ tinqala’
- Il-kwistjonijiet kollha jiġu diskussi mal-maniġiment tal-istess kumpanija biex jintlaħaq ftehim għall-benefiċċju taż-żewġ naħat
Kif tevolvi s-sezzjoni?
Is-Sezzjoni qed taħdem biex issib membri ġodda speċjalment fis-settur Farmaċewtiku li qed jikber b’rata mgħaġġla ħafna. Iżjed ma sezzjoni tkompli tevolvi iżjed ikun hemm bżonn li jsiru bidliet ta’ riformi biex il-Union tibqa’ dejjem tagħti l-aħjar protezzjoni lill-membri. Illum it-Taqsima tirrappreżenta l-akbar kumpaniji li ħafna minnhom huma kumpaniji globali b’impjanti f’diversi pajjiżi f’dinja kollha.
Is-Segretarju tas-Sezzjoni Kimika u Enerġija
Rita ilha trejdjunjonista mill-1980. Hija ħadmet ma’ kumpanija tal-ġugarelli. Bdiet bħala Machine Operator u spiċċat fil-Middle Management. Għal diversi snin Rita ġiet magħżula bħala Shop Steward, ġiet eletta fil-Kunsill tal-GWU u żammet il-pożizzjoni ta’ President tas-Sezzjoni għal 6 snin. Fl-2016, ġiet eletta b’mod unanimu bħala s-Segretarju tat-Taqsima.
Fil-ħin liberu tagħha hija tħobb taqra u tqatta’ xi ġurnata fuq il-bajja u kif ukoll issiefer. Il-familja tfisser kollox għal Rita. Hija ma tittollerax l-ibbuljar, il-vjolenza u d-diskriminazzjoni. Hi temmen li d-dinja tax-xogħol dejjem qed tinbidel, il-ħaddiema nfushom iridu jieħdu l-inizjattiva u jaraw kif se jiffaċċjaw l-isfidi u jadattaw għaċ-ċirkostanzi l-ġodda. Il-ħaddiema jridu jkunu proattivi u li ma jibqgħux passivi għal dak li jaraw madwarhom.
Ftit Storja dwar din is-sezzjoni
Din is-sezzjoni twaqqfet fl-1971. Dan iż-żmien kienet tissejjaħ Kimika, Enerġija u Stampar, iżda ftit snin wara, il-GWU għamlet ristrutturazzjoni u s-settur tal-istampar ma baqax ma’ din is-sezzjoni. It-taqsima biddlet isimha għal dak li nafuha bih illum Kimika u Enerġija. Minn dakinhar l-Enemalta u l-Petroleum Division saru parti minn din is-sezzjoni. Ta’ min isemmi li żewġ membri minn din it-Taqsima kienu jokkupaw il-kariga ta’ Viċi President u Deputat Segretarju tal-GWU.