Wara ħafna xogħol kollettiv l-GWU Għaqda Pensjonanti tinstab lesta biex nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Ġunju ser torganizza l-Konferenza Ġenerali għas-snin 2021 u 2024.
Li kieku ma kienx għal diversi volontiera Anzjani li ilhom ġimgħat sħaħ jaħdmu, kieku l-Għaqda żgur ma kinitx tkun f’pożizzjoni ll torganizza din il-Konferenza.
Din il-konferenza li diġà ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna membri u dan intwera għaliex f’ġimgħa biss minn meta l-Għaqda ħarġet l-avviż is-sala mliet. Kien hawn min staqsa għala l-Għaqda talbet li għandu jsir booking, ir-risposta għal dan hija sempliċi għax bħala Għaqda riedet tieħu l-prekawzjonijiet kollha skont l-Awtoritajiet tas-Saħħa u dan fl-interess ta’ kulħadd. Infatti l-Għaqda stiednet lill-uffiċjal tas-saħħa li miegħu ddiskutiet l-organizzazzjoni kollha kif se tiżvolġi l-konferenza fost oħrajn anki s-seating tat-teatru fejn sejra ssir il-laqgħa kif jidher f’dan ir-ritratt.
L-Għaqda taf li kien hemm min xtaq li jattendi imma minħabba ragunijiet imsemmiha hawn fuq ma kienx possibbli. Filwaqt li bħala Għaqda jiddispjaċina, għal dan tirringrazzja lil dawk kollha li xtaqu jiġu però mħabba ċirkustanza ma kienx possibbli għalihom li jagħmlu dan, lil dawn in- nies l-Għaqda tgħidilhom li żgur se jkun hemm okażjonijiet oħra biex jiltaqgħu mal-Għaqda u dan iż-żmien mhux ʼil bogħod.
Dan l-entużjażmu kollu mhux biss billi ħafna wieġbu għas-sejħa tal-Għaqda imma dan għall-Għaqda jfisser aktar determinazzjoni biex tkompli taħdem għal Ġid tal-Anzjani Maltin u Għawdxin.
Żewġ kisbiet mill-Għaqda Pensjonanti b’risq l-Anzjani.
L-ewwel riżultat kien li bil-ħidma li għamlet l-Għaqda f’dawn l-aħħar żmien tat il-frott, l-Għaqda kienet talbet lill-Gvern biex il-vouchers ma jibqgħux ta’ €20 din il-proposta ġiet milqugħa min-naħa tal-Gvern, dan kollu beda wara li ħarġu l-ewwel round tal-Vouchers meta dakinhar konna ktibna lill-Ministru Silvio Schembri fejn tlabna li jekk il-Gvern kien se joħroġ round ieħor ta’ vouchers dawn ma għandhomx ikunu ta’ €20 u dan għall-fatt li jkun aktar jagħmel sens għall-Anzjani għax dawn huma faxxa ta’ nies li jkollhom bżonn vouchers ta’ anqas minn €20 għax-xirjiet li jagħmlu, dan is-suġġett ġie mfakkar fil-laqgħa lis-Segretarji tat-taqsimiet tal-Union kellhom mal-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi mir-rappreżentant tal-Għaqda l-Aġent Segretarju Tony Zarb u li f’dik il-laqgħa kien jidher ċar li l-Gvern ser jieħu bis-serjetà l-proposta tal-Għaqda.
Ir-riżultat kien li l-vouchers li ħarġu issa huma ta’ €10 u €15 u b’hekk intwera b’aktar mod ċar li l-Gvern ta widen għall-proposta li għamlitlu GWU Għaqda Pensjonanti u li minna se jgawdu l-amzjani.
Tajjeb li ninnutaw li kienu bosta dawk l-Anzjani li wrew il-gratitudni tagħhom għall-ħidma li wettqet l-Għaqda.
L-Għaqda Pensjonanti tixtieq tirringrazzja lill-Prim Ministru Robert Abela, lill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana u kif ukoll mhux lanqas lill-Ministru Silvio Schembri tas-sehem tagħhom biex it-talba tal-Għaqda ġiet milqugħa.
Inizjattiva u proposta li għamlet l-Għaqda pensjonanti u li ġiet milqugħa hija li l-kumpanija “ Gozo Fast Ferry” fin-nollijiet tagħha jkun hemm prezz speċjali għall-Anzjani.
Kien ta’ sodisfazzjon għall-Għaqda li meta ħarġu n-nollijiet il-ġodda mill-kumpaniji kien hemm prezz speċjali għall-Anzjani, is-sodisfazzjon tal-Għaqda kien li mhux biss rajt il-proposta tiġi milqugħa imma kummenti pożittivi li ħafna Anzjani kellhom għall-ħidma li wettqet l-Għaqda f’dan ir-rigward dan ħareġ ċar mhux biss f’kummenti pożittivi fuq il-midja soċjali imma anki telefonati li saru fl-uffiċċju tal-Għaqda u ma setax jonqos li l-kummenti pożittivi li kellna mill-Anzjani fit-toroq.
L-Għaqda llum qiegħda f’pożizzjoni li tħabbar xi ħaġa li ħafna Anzjani ilhom jistennew. L-Għaqda ser terġa’ tibda bl-Attivitajiet Soċjali u Edukattivi. L-ewwel żewġ attivitajiet ser ikunu mħabbrin fil-ġranet li ġejjin.