
“Illum qed nibagħtu messaġġ ċar li dawn il-ħaddiema għandhom jiġu rikonoxxuti, rispettati u protetti. Id-dinjità fuq il-post tax-xogħol hija dritt fundamentali ta’ kull ħaddiem, irrispettivament mis-settur li fih jaħdem. Dawn il-ftehimiet huma prova li permezz tad-djalogu soċjali nistgħu nibnu kundizzjonijiet tax-xogħol aktar ġusti u relazzjonijiet industrijali aktar b’saħħithom.” – Deputat Segretarju Generali Kevin Abela













