Occupational Pension Plan

Titlifx l-opportunità li tattira u żżomm l-aqwa talent
Ingħaqad magħna llum

Inti lest li tiddistingwi lilek innifsek minn kumpaniji oħrajn? L-offerta ta’ skemi ta’ pensjoni personali tista’ tkun ta’ vantaġġ għall-kumpanija tiegħek. Meta inti qed tieħu ħsieb il-futur tal-impjegati tiegħek se tkun qed tgħinhom jieħdu ħsieb il-futur tal-kumpanija.

Ir-riżorsi umani huma l-aktar assi siewja ta’ kull organizzazzjoni. F’suq tax-xogħol strett, iż-żamma tal-impjegati hija kruċjali għan-negozju. Iż-żamma ta’ impjegati b’talent trawwem l-istabbiltà, il-kontinwità u l-lealtà fi ħdan ix-xogħol.

Permezz ta’ impjegati tas-sengħa u esperjenza, se tnaqqas mill-ispejjeż tar-reklutaġġ u żżomm ambjent ta’ tim koeżiv. Reklutaġġ frekwenti jista’ jfixkel il-fluss tax-xogħol, ibaxxi l-moral, u jfixkel il-prospetti ta’ tkabbir fit-tul. Iż-żamma tal-impjegati mhux biss tgħinek tiffranka l-flus iżda tikkontribwixxi wkoll għal kultura pożittiva tal-kumpanija u ttejjeb l-għarfien organizzattiv.

Riċentement, il-General Workers’ Union immarkat kapitlu ġdid fl-impenn tagħha għall-benesseri ta’ min iħaddem/impjegati – li tiżgura l-kwalità tal-ħajja tagħhom anke lil hinn mis-snin tax-xogħol tagħhom. Is-servizz il-ġdid tagħna jmur lil hinn mir-relazzjonijiet industrijali tradizzjonali u s-servizz ta’ negozjar kollettiv tagħna.

L-offerta tal-GWU/APS Occupational Pension Plan hija mod sikur kif iddaħħal sistema li tkun ta’ benefiċċju kemm għalik kif ukoll għall-impjegati tiegħek.

Permezz tal-GWU/APS Occupational Pension Plan, kemm il-ħaddiema kif ukoll il-kumpanija se jibbenefikaw. Allura, titlifix! Inti għandek l-ingredjenti kollha meħtieġa biex tipprovdi lill-ħaddiema tiegħek l-appoġġ finanzjarju li jeħtieġu.

Flimkien, nistgħu nagħmlu differenza.

Għal aktar dettalji dwar il-GWU/APS Occupational Pension Plan

 

Paġna taħt kostruzzjoni

Comments are closed.