Nominazzjonijiet għall-ħatra tal-Amministrazzjoni Ċentrali u s-Segretarju Internazzjonali tal-GWU
17 Jan 2026 - Aħbarijiet | Dinja u Kronika | Ekonomija | Home | Kummerċ | Politika | Teknoloġija

In-nominazzjonijiet għall-ħatriet tal-Amministrazzjoni Ċentrali u għall-pożizzjoni ta’ Segretarju Internazzjonali fil-General Workers’ Union (GWU) ingħalqu uffiċjalment nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Jannar 2026, waranofsinhar.
Is-Segretarju Ġenerali rċieva n-nominazzjonijiet li ġejjin:
- Segretarju Ġenerali: Josef Bugeja
- President: Jason Deguara
- Deputat Segretarju Ġenerali: Kevin Camilleri
- Segretarju Internazzjonali: Kevin Abela
Dawn in-nominazzjonijiet se jkunu soġġetti għall-approvazzjoni waqt il-Kungress Nazzjonali tal-General Workers’ Union, nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Jannar 2026.












