Latest News

Metall u Kostruzzjoni

Metallo e Costruzioni
GSD

Fi snin meta t-Tarzna kienet taħt il-kontroll tal-Gvern Brittaniku, din it-taqsima kienet magħrufa bħala t-Taqsima tal-Ammiraljat.

 

Fil-fatt it-Taqsima tal-Ammiraljat kienet fost l-ewwel taqsimiet organizzati fi ħdan il-GWU.  Meta fl-1959 fuq ordna tal-awtoritajiet tal-Gvern Kolonjali u l-awtoritajiet Navali Brittaniċi li kien deċiż li t-Tarzna tkun privatizzata, dan ġab bidla fi ħdan is-Sezzjoni tal-Ammiraljat u b’hekk it-Taqsima inqasmet fi tnejn. It-Taqsima tal-Ammirlajat baqgħet tirrappreżenta lil dawk il-ħaddiena li jagħżlu li jibqgħu fuq il-kotba tal-Gvern Ingliż, filwaqt li t-Taqsima Metall bdiet tirrapreżenta lill-kumplament tal-ħaddiema, jiġifieri ʼl fuq minn 6000 ħaddiem. Aktar tard din it-Taqsima bdiet tirrappreżenta ħaddiema oħra mis-settur privat fosthom dawk ġejjien mill-industrija tal-metall.

 

Illum it-Taqsima Metall u Kostruzzjoni tirrapreżenta l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema fis-settur tal-bini  u tiswija tal-bastimenti, ħaddiema fl-IPSL: kumpanija li nħolqot wara r-ristrutturar ta’ dawk li kienu l-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding kif ukoll kumpaniji ewlenin fil-qasam tal-kostruzzjoni.

Marsovin 1024x200

Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima