Siltiet mill-intervista mas-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-General Workers’ Union, Kevin Camilleri, ftit jiem biss wara li nħatar waqt il-Kungress Nazzjonali Straordinarju 2026. F’din l-intervista, Camilleri jitkellem dwar il-viżjoni tiegħu għal union aktar moderna, qrib il-membri u preparata għall-isfidi ġodda tad-dinja tax-xogħol.













