Laqgħat għall-edukaturi
Nimxu ʼl Quddiem – L-Edukazzjoni fuq quddiem: hija l-kampanja għall-edukazzjon aktar innovattiva, parteċipattiva u demokratika li l-GWU, għal dawn l-aħħar ġimgħat, qed tmexxi b’konvinzjoni u dedikazzjoni. Għal-bidu ta’ din l-inizjattiva ġiet organizzata round table online bl-isem l-Edukazzjoni Ekwa. F’din id-diskussjoni ġew imqajma diversi punti fosthom: l-aċċessibilità tal-edukazzjoni, il-ġustizzja soċjali fl-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni sħiħa. Tajjeb illi ngħidu li l-GWU kellha l-unur li għal din ir-round table tilqa’ nies ta’ spettru għoli ħafna u li kollha kemm huma għandhom esperjenza kbira fis-setturi rispettivi tagħhom.
Fit-tieni parti tal-kampanja, il-GWU ser tkun qed tagħmel diversi laqgħat online, bil-għan li nagħtu vuċi lill-edukaturi li jaħdmu f’setturi differenti. F’dawn il-laqgħat ser ikun qed jingħata l-ispazju mistħoqq, sabiex l-edukaturi jkunu jistgħu jiddiskutu l-edukazzjoni u l-potenzjal tagħha. Din ser tkun opportunità unika, fejn flimkien ser inkunu qed nitkellmu sabiex nibnu Edukazzjoni Proattiva.
Għalhekk ser isiru erba’ laqgħat miftuħa għall-edukaturi kollha u dawn ser ikunu mqassma hekk:
- 7 t’April 2021 fil-17:00 – Edukazzjoni fit-Tfulija Bikrija
- 14 t’April 2021 fil-17:00 – Edukazzjoni Primarja
- 21 t’ April 2021 fil-17:00 – Edukazzjoni Sekondarja
- 28 t’ April 2021 fil-17:00 – SMT