Latest News
DeLaRue  1024x200

L-Amministrazzjoni

Jason Deguara

President 

Mwieled fl-1977 Jason Deguara ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja tal-Fgura u Verdala Junior Lyceum. Hu beda x-xogħol trejdjunjonistiku tiegħu meta kien jaħdem mal-kumpanija Playmobil u fl-2003 kien maħtur minn sħabu l-ħaddiema tal-kumpanija biex ikun ir-rappreżentant u x-Shop Steward tagħhom. Dawn is-snin servew biex hu jkun jista’ jifhem id-diffikultajiet li ta’ kuljum iħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema.

Wara li ghamel żmien fl-Eżekuttiv tat-Taqsima Kimika u Enerġija, laħaq Assistent Segretarju fl-2006 biex f’Awwissu tal-2007 hu laħaq Segretarju tal-istess Taqsima fejn serva għal tmien snin bħala Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija. Fl-2010, iggradwa mill-Università ta’ Malta fl-Istudji Soċjali, fejn speċjalizza fir-relazzjonijiet industrijali. Wara li d-delegati fil-Konferenza Nazzjonali tal-2015 approvaw tibdil fl-istatut, Jason Deguara kien maħtur bħala l-ewwel Segretarju Internazzjonali tal-GWU.

F’Settembru 2020 hu nħatar membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u kien jirrapreżenta lill-General Workers’ Union f’diversi fora internazzjonali oħra. F’Jannar 2026 huwa ġie elett mill-Kungress Nazzjonali tal-GWU bħala President tal-General Workers’ Union. Fil-ħin ħieles tiegħu huwa jħobb isegwi l-logħob tal-futbol, jivjaġġa u jaqra.

Kevin Camilleri 
Deputat Segretarju Ġenerali

 

Mwieled fi Frar tal-1973, Kevin Camilleri ġie elett bħala Deputat Segretajru Ġenerali fil-Konferenza Nazzjonali tal-2015 wara li serva għal ħames snin bħala Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel u tliet snin bħala Assistent Segretajru tal-istess taqsima.

Kevin Camilleri ġej mill-qasam tal-ospitalità. Fil-fatt matul il-karriera tiegħu huwa okkupa karigi differenti f’dan il-qasam, fosthom diversi gradi ta’ supervisor, bl-ogħla kariga tiegħu kienet ta’ Food and Drink Quality Controller fil-lukanda Holiday Inn Crowne Plaza.

Huwa kiseb kwalifika Universitarja fil-Management u Diploma Avvanzata fil-Business Management, u bħalissa qed ikompli bl-istudji tiegħu.

DeLaRue  1024x200