… iżżur id-dipartiment tal-protezzjoni Ċivili f’Kordin
Il-General Workers’ Union kompliet għaddejja bis-sensiela ta’ żjarat fuq il-postijiet tax-xogħol b’rabta mat-80 anniversarju mit-twaqqif tagħha.
Dan hekk kif aktar kmieni l-amministrazzjoni ċentrali tal-GWU, marret iżżur lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Kordin.
Preżenti għal din iż-żjara f’isem il-GWU kien hemm is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, id-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri u s-Segretarju tat-Taqsima Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi Theo Vella.
Huma kienu milqugħa mid-Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro.