Il-GWU talbet laqgħa urgenti mat-tmexxija ta’ ONE Group wara l-aħbar li ħarġet fil-mezzi tax-xandir dwar il-kawża kostituzzjonali li tista’ twassal għall-għeluq tal-istazzjonijiet politiċi Maltin.
Il-ħaddiema ta’ ONE Group ilhom membri fi ħdan il-GWU sa mit-twaqqif tal-kumpanija. Il-Ħadd li għadda diversi membri avviċinaw lit-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi biex jaraw jekk din il-kawża taffetwax l-impjieg tagħhom.
Fid-dawl ta’ dan, il-GWU talbet laqgħa urġenti mat-tmexxija ta’ ONE Group b’rabta mal-futur inċert tal-ħaddiema.