Il-General Workers’ Union (GWU) u l-amministrazzjoni tal-Kumpanija Comtec iffirmaw Ftehim Kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ din l-kumpanija, li permezz tiegħu qed ikunu mtejba kemm il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll il-pagi tal-ħaddiema.
Is-Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija tal-GWU Rita Dimech qalet li dan il-Ftehim Kollettiv, li jkopri l-2021–2024, mhux biss ser ikun qed jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema iżda wkoll ikompli jsaħħaħ il-ħidma professjonali li jwettqu dawn il-ħaddiema. F’dan il Ftehim Kollettiv, inħolqu gradi ġodda biex jgħijnu lil ħaddiema jikbru fil-Kumpanija.
Is-Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija flimkien mas-Shop-Steward Keith Greengrass, iffirmaw dan il-Ftehim Kollettiv f’isem il-ħaddiema tal-Comtec fil-waqt li Ms Joannie Mifsud iffirmat f’isem il-Kumpanija Comtec. Is-sinjorina Dimech qalet li b’dan il Ftehim Kollettiv issaħħet iktar ir-Relazzjoni Industrijali li teżisti bejn il-ħaddiema,l-Maniġment ta’din il-Kumpanija u l-GWU.