Fl-ewwel panel ġew diskussi s-saħħa u l-miżuri soċjali. Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja qal li filwaqt li l-akbar investiment qed isir fuq il-familja, tajjeb li wieħed isemmi l-ammont ta’ inċentivi fiskali li se jkunu ta’ għajnuna għal diversi postijiet tax-xogħol biex jinvestu iżjed fit-teknoloġija, fid-diġitalizzazzjoni u fl-Intelliġenza Artifiċjali fost oħrajn.













