Wara li L-Għaqda Pensjonanti tal-GWU għamlet laqgħa mal-Bank HSBC, dan ħabbar li rreveda l-pożizzjoni oriġinali tiegħu. Dawk il-persuni ‘il fuq minn 61 sena, is-sistema ġdida se tidħol fis-seħħ minn Ġunju u mhux immedjat kif kienet oriġinalment se ssir. Din se ssir biex dawk minn 61 ʼil fuq, ikollhom ċans jagħmlu arranġamenti meħtieġa biex ma jibdewx jeħlu l-multa ta’ €5 fix-xahar. Mill-banda l-ohra l-anzjani u l-pensjonanti dejjem kienu eżenti minn din il-proċedura ġdida.
L-Għaqda tinnota li fejn qabel l-anzjani u filwaqt illi għad hemm il-htieġa li jsir depożitu ta’ €2,300 kull tliet xhur biex dak li jkun ma jehilx il-multa ta’ €5, issa dan id-depożitu niżel għal €1,250 f’perjodu ta’ tliet xhur għal dawk li għandhom min 61 sena ‘l fuq. Dan ifisser li jekk isir depożitu ta’ €416 fix-xahar (li ħafna pensjonijiet huma ogħla minn hekk) se jiġu eżentati u ma jħallsux il-multa ta’ €5 fix-xahar.
Tibdil ieħor mill-proposta oriġinali persuni b’diżabilità li ma jikkwalifikawx għall-benefiċċji ta’ diżabilità mis-servizzi soċjali u ħaddiema Part-time li l-paga tiġi depożitata se jiġu esklużi wkoll.
Tfal that 16 ‘il sena, studenti, persuni li jirċievu benefiċċji tad-diżabilità, mard u persuni mhux impjegati dejjem kienu eżentati.
Reviżjoni oħra bil-proposta riveduta, turi li 75% mill-klijenti tal-Bank mhux se jiġu affettwati. L-Għaqda Pensjonanti u l-Bank HSBC ftehmu li se jikkollaboraw flimkien biex jiġu msaħħa s-servizzi tal-Bank għall-anzjani u persuni b’diżabilità.
L-Għaqda qed tistenna li jkollha laqgħa mal-BOV biex jiġu diskussi xi miżuri li ħa dan il-Bank fuq l-anzjani u l-pensjonanti bil-għan li jsir ftehim fuqhom. Fl-aħħarnett, L-Għaqda Pensjonanti se tkompli tkun id-difiża għall-anzjani Maltin u Għawdxin f’laqgħat li se jsiru mal-Banek.