L-istrateġija u l-proċessi huma importanti ħafna għal kull organizzazzjoni, irrelevanti min-numru ta’ ħaddiema illi tħaddem. Apparti minn hekk iżjed ma l-organizzazzjoni tkun organizzata iżjed tevolvi malajr. Li kumpanija tiltaqa’ ma’ diversi sfidi li huma ta’ benefiċċju għaliex jgħinuha taddattha skont is-sitwazzjonijiet u l-istess nistgħu ngħidu għal GWU. Matul dan iz-zmien ta’ pandemija zgur li harget ir-reżiljenza tal-GWU.
Aktar mal-ekonomija ta’ Malta bdiet tikber u l-industriji bdew jiżdiedu, il-Union iżjed bdiet tevolvi. Hawnhekk bdiet tinhass il-ħtieġa illi jifformaw diversi taqsimiet għal ġid tal-membri. Kull sezzjoni ħadmet fuq il-proċessi tagħha skont x’tirrikjedi l-industrija. Il-proċessi kienu u għadhom ta’ benefiċċju kbir għal Union għaliex jgħinu biex kull sitwazzjoni tiġi indirizzata skont il-valuri li timxi magħhom il-Union. Kull sezzjoni hija mibnija fl-reflessjoni u tahdem fl-istess parametri tal-GWU. Huwa permezz tal-istess valuri illi kulħadd jaf li l-GWU hija kompetenti, konsistenti u kredibbli.
Bħala Union aħna nħeġġu lill-membri u lill-ħaddiema biex ifittxu l-għajnuna jekk ikunu għaddejjin minn kull tip ta’ diskriminazzjoni jew abbuz iehor. Barra minnhekk aħna nessigu li min iħaddem jimxi ma dak miftehim u biex dejjem jitrattaw lill-ħaddiema tagħhom indaqs u b’mod ġust. Aħna nagħmlu l-istess meta nkunu qegħdin ninvestigaw sitwazzjoni illi titressaq lilna.
It-Taqsimiet
Rita Dimech hija s-Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija. Rita ilha involuta fil-Union għal dawn l-aħħar 43 sena. F’din is-sezzjoni għandna kumpaniji kemm b’maniġment Malti u anke barrani. Fil-bidu li twaqqfet din it-taqsima kienet tirrappreżenta l-interessi tal-ħaddiema fl-industrija tal-petrol, tal-gomma u tal-plastik. Pero din it-taqsima baqgħet tikber u bdiet tieħu ħsieb l-industrija tal-produzzjoni fosthom tal-farmaċewtiċi. Jekk inti membru jew ħaddiem fl-industrija relatata mal-kimika u enerġija u għandek bżonn is-sapport Rita hija l-persuna li għandek tkellem.
Taqsima oħra hija dik tat-Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni li David Darmanin huwa s-Segretarju tagħha. Minn meta daħal fid-dinja tax-xogħol David kien involut fil-GWU bħala Shop Steward. Din t-taqsima tirrappreżenta ħaddiema fl-industrija tat-teknoloġija, tal-istampar, tal-kommunikazzjoni u tal-karozzi. Idħol membru magħna jekk trid illi jkollok Union li tirrapreżentak.
It-Taqsima Marittima u Avjazzjoni hija t-taqsima li Sandro Vella jirrapreżenta. Huwa ilu attiv mal-Union mill-2014. Din hija waħda minn tal-ewwel taqsimiet illi fetħet il-Union. Din it-taqsima tirrappreżenta is-settur tal-avjazzjoni u dak marittimu. Dan jinkludi trasport ta’ merkanzija. Hija ukoll tirraprezenta ħaddiema fil-manutenzjoni tal-ajruplani kif ukoll tirraparezenta l-ħaddiema ġenerali ġewwa l-AirMalta u l-Malta Air. It-Taqsima tirraprezenta ħaddiema oħra li jiddependu mill-attivita’ tal-port u l-industrija tal-ajru. Barra minnhekk hija responsabbli ukoll mix-xufiera tas-servizz pubbliku u xufiera tat-taxis.
Kevin Abela huwa s-Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel. Kien rapprezentant tal-GWU f’isem sħabu l-ħaddiema għal diversi snin qabel ma ngħaqad mal-GWU bħala Assistent Segretarju
Din it-Taqsima hija rikonoxxuta u tirraprezenta ħaddiema f’lukandi u ristoranti lokali, manifattura ta’ produtti tal-ikel u ta’ xorb inkluz xorb alkoħoliku. Hija tirapprezenta ukoll kumpaniji tal-importazzjoni, distribuzzjoni u kumpaniji illi jesportaw il-prodotti tagħhom. Apparti minn hekk din it-taqsima tipproteġi ukoll ħaddiema fl-industrija tal-manifattura tal-ikel għall-annimali, casinos, postijiet ta’ divertiment u ħaddiema tal-kuntratturi fis-settur tat-tindif u ospatilita’.
It-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi hija mmexxija minn Kendrick Bondin li ilu jaħdem mal-Union mill-2013. Din it-taqsima tipproteġi minn ħaddiema manwali sa professjonisti fi ħdan diversi setturi fosthom; Is-Servizz u s-Settur Pubbliku, Is-Saħħa u Kura għall-Anzjani tal-privat u Awtoritajiet u Regolaturi. Bis-saħħa ta’ negozjati mal-Unions ġew introdotti pagi u karrieri ġodda u l-kundizzjonijiet tax-xogħol f’dan is-settur huma stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta’ Malta. Din it-taqsima tirrappreżenti l-membri, tinnegozja arranġamenti għal kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema u taħdem għall-ġustizzja u ugwaljanza fuq il-postijiet tax-xogħol u anke barra.
Sezzjoni oħra fi ħdan il-GWU hija it-Taqsima Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi. Theo Vella huwa s-Segretarju ta’ din it-taqsima u ilu attiv fil-Union mill-2015. Teo għandu snin twal ta’ esperjenza f’dan is-settur għaliex mill-1995 kien jaħdem mal-Korp tal-Pulizija. Din is-sezzjoni infetħet hekk kif il-ħaddiema tal-Korpi Dixxiplinati ġew mogħtija d-dritt li jissieħbu fi trade union. Din it-taqsima tinkorpora fiha l-Pulizija, Suldati, Uffiċjali Korrettivi, Uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili, Uffiċjali tad-Detenzjoni, Uffiċjali tal-Komunità u Uffiċjali tas-Sigurtà. Ikkuntatjana jekk inti taħdem f’dan is-settur u tixtieq tissieħeb magħna biex nipproteġuk.
Jesmond Marshall huwa s-Segretarju tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni. Jesmond ingħaqad mal-GWU fl-2017 wara li kien membru tal-Eżekuttiv tal-istess taqsima għal snin twal. Din it-taqsima hija waħda mill-ewwel taqsimiet tal-Union u kienet magħrufa bħalha t-Taqsima Tarznari. Fi żmien il-ħakma Brittanika din it-taqsima kellha l-isem it-Taqsima tal-Ammiraljat. Illum din it-taqsima tirrapreżenta l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema fis-settur tal-bini u tiswija tal-bastimenti, ħaddiema fl-IPSL: kumpanija li nħolqot wara r-ristrutturar ta’ dawk li kienu l-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding kif ukoll kumpaniji ewlenin fil-qasam tal-kostruzzjoni, manifattura tal-karta u tat-tessuti.
Riccarda Darmanina ilha s-Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi mill-2019. Hija għandha snin twal ta’ esperjenza f’dan is-settur għaliex qabel bdiet l-irwol tagħha mal-Union kienet taħdem mal-BOV għal iżjed minn 30 sena. Riccarda hija ukoll membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Eurocardres li huwa l-vuċi tat-Trade Unions tal- Maniġers u l-Professjonisti. Din it-taqsima tirrapreżenta diversi ħaddiema f’setturi u kategoriji tax-xogħol fosthom; impjegati fi gradi Professjonali u Maniġerjali, is-settur tal-Finanzi li jinkludu il-Banek, l-Istituzzjonijiet Finanzjarji u l-Kumpaniji tal-Insurance, is-settur tas-Sigurtà, klerikali u loġistika u s-settur tal-Midja. Idħol membru illum jekk taħdem f’dan is-settur u tixtieq li jkollok Union warajk.
Bħala parti mill-aggurnament tal-istruturi taghha, fl-2017, il-GWU ghamlet ufficcju gdid dak Internazzjonali u Jason Deguara huwa l-ewwel Segretarju taghha. Jason għandu aktar minn 28 sena esperjenza fil-qasam tredjunjonistiku. Din it-taqsima tirrapreżenta lil GWU fl-Istuzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fejn Jason gie nominat membru. Parti mix-xoghol ta’ Taqsima huwa ukoll li tibgħat diversi Shop Stewards barra minn Malta biex jithargu u jifhmu aħjar il-kuntest Ewropew li illum qegħdin ngħixu fih. Dan it-tahrig jinghata mill- European Trade Union Institute (ETUI).
Il-GWU hi ukoll msieħba kemm fil-European Trade Union Confederation (ETUC) kif ukoll fl-International Trade Union Confederation (ITUC) li huma konfederazzjonijiet uffiċjali tal-Unions Ewropej u Internazzjonali. Il-Union tattendi laqgħat bil-għan li twassal il-messaġġ fuq kull livell.
Taqsima oħra hija dik tal-Pensjonanti fejn insibu lil Tony Zarb bħala Agent Segretarju. Huwa għandu esperjenza twila u ċara ħafna tal-Union għaliex kien Segretarju Ġenerali għal 16-il sena. Il-GWU kienet fetħet din is-sezzjoni għaliex ħasset illi l-pensjonanti ma għandhomx jiġu abbandunati wara li jkunu taw l-kontribut tagħhom sal-età tal-irtirar. L-għan ta’ din is-sezzjoni hi li ttejjeb il-livell tal-ħajja tal-pensjonanti Maltin. Il-kontribut tagħha huwa l-esperjenza ta’ snin twal fl-involviment trejdunjonistiku, liema esperjenza tgħin fit-tfassil ta’ proposti ġodda li jtejbu l-kundiżżjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema kemm tal-lum kif ukoll ta’ għada.
L-aħħar taqsima hija dik taż-Żgħażagħ tal-GWU immexxija minn Larinov Muscat. Huwa ilu attiv fil-Union mill-2013. Kull min hu bejn l-eta’ ta 16-il sena sa 35 sena jista’ jingħaqad membru mal-GWU Youths, kif ukoll membri tal-GWU li jagħqu f’din l-eta’ awtomatikament huma kkunsidrati membri ta’ din l-għaqda. L-irwol kontinwu ta’ din is-sezzjoni huwa li taħdem fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa biex tifrex aktar l-għarfien trejdunjostiku. Din is-sezzjoni tifforma parti mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNZ), kif ukoll, fil-forum Internazzjonali mal-European Trade Union Confederation (ETUC).
Diversi membri tal-Union huma jaħdmu u joqgħodu Ghawdex u biex noffrulhom l-aħjar servizz possibli ftaħna uffiċċju Għawdex fejn Alvin Scicluna huwa l-persuna responsabbli. Alvin ilu attiv fil-Union kważi 40 sena. Xogħlu huwa ta’ koordinatur bejn is-Segretarji tat-Taqsi miet kollha tal-Union u l-membri Għawdxin. L-għan ta’ din is-sezzjoni huwa biex sitwazzjonijiet tal-ħaddiem membri Għawdxin jiġu indirizzati fl-iqsar żmien possibli. Din is-sezzjoni tagħmel il-ħajja tal-Għawdxin membri iżjed faċċli għaliex għandhom persuna dejjem lest biex joffrilhom l-għajnuna. Apparti minn hekk l-korsijiet għall-membri jsiru Għawdex stess. Permezz tar-rapprezentanza f’Għawdex l-membri jħossuhom iżjed siguri ghax għandhom gwida bi snin twal ta’ esperjenza. Jekk inti Għawdxi, tgħix jew taħdem Għawdex u tixtieq tidħol f’Union tista’ tagħmel dan permezz ta’ dan il-link.
Punt ta’ Kuntatt hija sezzjoni oħra fi ħdan il-Union. Dan huwa servizz offrut bejn Italian General Confederation of Labour (CGIL) u l-GWU biex jipprovdu servizz, assistenza u rappreżentazzjoni għat-talbiet u l-ħtiġijiet ta’ ħaddiema rġiel u nisa, żgħażagħ u pensjonanti Taljani li prezentament qegħdin jgħixu Malta. Din is-sezzjoni ġiet inawguratha fl-2019 u Riccardo Travaglini huwa l-persuna responsabbli. Riccardo jifhem perfettament d-difficultajiet li jiltqgħu magħhom barranin li jiġu jgħixu u jaħdmu Malta għaliex għadda mill-istess esperjenza. Apparti minn hekk għandu esperjenza fuq tassazzjoni illi ssaħħaħ l-irwol tiegħu.
Artiklu relatati: https://gwu.org.mt/it-twemmin-tal-gwu/