F’isem l-eks-ħaddiema tat-Tarzna li mardu jew mietu kawża tal-Asbestos, il-GWU Taqsima Metall u Kostruzzjoni qiegħda tilqa’ l-applikazzjonijiet għal kumpens bil-għan li jkun hemm negozjar ta’ dan l-istess kumpens barra l-qorti mal-awtoritajiet konċernati.
Biex jitressaq il-każ il-ħaddiema milquta jrid jgħaddu dawn id-dokumenti;
- Employment History (mill-eqreb fergħa tal-Jobsplus)
- Ċertifikat tal-mard kawża tal-Asbestos (mill-Isptar pubbliku)
- Jiġi ffirmat dokument li jagħti awtorizzazzjoni lil Union biex tgħaddi d-dokumenti lil terzi persuni/dipartimenti. F’każ li l-persuna mietet l-istess dokumenti jridu jinġiebu mill-eqreb qarib jew qariba u għandu jinġieb ukoll ċertifikat tal-mewt sħiħ (mhux estratt).
Dawk li għaddew dawn id-dokumenti diġà, m’għandhomx għalfejn jerġgħu jġibu dawn id-dokumenti
Id-dokumenti tista’ ġġibhom personali jew tibgħathom bil-posta f’dan l-indirizz postali:
Is-Segretarju
Taqsima Metall u Kostruzzjoni
General Workers’ Union
Workers’ Memorial Building
South Street, Valletta
L-aħħar ċans biex tgħaddi dawn l-applikazzjonijiet flimkien mad-dokumenti huwa l-31 ta’ Mejju 2021.
Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 25 679 267 u saqsi għas-Segretarju tat-Taqsima.