Written by Aħbarijiet, Dinja u Kronika, Ekonomija, Filmati, Home, Kummerċ, Politika, Teknoloġija

Ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Aġenzija Komunità Malta

Il-ħaddiema tal-Aġenzija Komunità Malta bbenefikaw minn ftehim kollettiv ġdid li jsaħħaħ il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, jirrifletti l-valur tal-kontribut tagħhom u jġib miegħu drittijiet ġodda li qabel ma kinux jeżistu.

https://youtube.com/watch?v=jeMO3oLfxCc%3Ffeature%3Doembed

Dan il-ftehim huwa xhieda ta’ ħidma konġuta bejn l-Aġenzija Komunità Malta u l-General Workers’ Union, b’għan wieħed – li s-servizz pubbliku jkun aktar b’saħħtu u l-ħaddiema jħossuhom apprezzati u mħarsa. 

Dan il-ftehim kollettiv ġdid jinkludi wkoll struttura ta’ salarji differenti li tirrifletti żieda fil-paga tal-impjegati f’diversi gradi. Dan sabiex il-ħaddiema jiġu rikonoxxuti skont il-ħiliet, ir-responsabbiltajiet, u l-kontribut tagħhom fis-servizz pubbliku.

Minbarra hekk, ġiet ukoll introdotta sistema li tippremja l-impenn fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li tħeġġeġ ukoll, kultura ta’ motivazzjoni u riżultati konkreti. 

Dwar dan tkellem il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Komunità Malta, Joseph Mizzi. 

“B’dawn il-kundizzjonijiet il-ħaddiema se jkunu iktar motivati biex din l-effiċjenza u l-effettività tal-entità tkun iktar effettiva u effiċjenti biex taqdi l-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħha.” 

Sadanittant il-Ministru responsabbli Byron Camilleri spjega li dan il-ftehim jirrifletti l-impenn lejn ġustizzja soċjali fuq il-post tax-xogħol.  

“Inħares ‘l quddiem lejn dawn il-ħaddiema mhux biss ikollhom kundizzjonijiet aħjar permezz ta’ dan il-ftehim iżda jkomplu jagħtu servizz mill-aqwa lis-soċjetà tagħna.”