Latest News

Ospitalità u Ikel

Ospitalità e cibo
Wushuky 1024x200

Din it-Taqsima tal-Ospitalità u Ikel kienet imwaqqfa fi żmien meta l-industrija tat-turiżmu f’Malta kienet għadha qed tikber u tiffjorixxi, fil-waqt li kienu qed jinbnew lukandi u jinfetħu ħwienet tax-xorb ġodda.

 

Mit-twaqqif tagħha din it-Taqsima kompliet tikber u llum il-ġurnata tirrappreżenta l-maġġoranza l-kbira tal-postijiet tal-Ospitalità, Divertiment u Manifattura tal-Ikel f’Malta u Għawdex. Illum din it-Taqsima tgawdi rikonoxximent fil-lukandi prinċipali kollha ta’ pajjiżna, ristoranti u f’kumpaniji li jipproduċu ikel għall-esportazzjoni. Tirrapreżenta wkoll l-impjegati fl-industrija kollha tal-ikel għall-annimali, xorb u casinos. Din it-Taqsima tirrappreżenta is-settur li joffri servizz ta’ tindif fl-entitajiet privati u dawk pubbliċi. It-Taqsima tirrapreżenta wkoll diversi ħaddiema ta’ Nazzjonalitajiet differenti f’Malta.

Marsovin 1024x200

Aħbarijiet u Aġġornamenti tat-Taqsima